Gautama Buddha
Gautama Buddha | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Lumbini, 8 April 563 BC, 623 BC, 1 millennium BC |
Nazzjonalità | Shakya (en) |
Residenza |
Indja Nepal |
Mewt | Kushinagar (en) , 1 millennium "BCE" |
Kawża tal-mewt | kawżi naturali |
Familja | |
Missier | Śuddhodana |
Omm | Maya |
Konjuga/i | Princess Yasodharā (en) |
Ulied |
uri
|
Aħwa |
uri
|
Tribù | family of Gautama Buddha (en) |
Edukazzjoni | |
Lingwi |
Magadhi Prakrit (en) Pali (en) Sanskritt |
Għalliema |
Alara Kalama (en) Mah maudgalyana (en) |
Studenti |
uri
|
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
bhikkhu (en) filosofu fundatur ta' reliġjon mexxej reliġjuż kittieb social reformer (en) spiritual teacher (en) psikjatra psikologu predikatur |
Influwenzat minn | Dīpankara Buddha (en) |
Moviment |
Noble Eightfold Path (en) nirvana (en) dharma (en) |
Siddhārtha Gautama (Sanskrit; Pali: Siddhāttha Gotama) kien għalliem spiritwali mill-Indja antika u l-fundatur storiku tal-Buddiżmu.[1] Huwa rikonoxxut minn kull Buddist bħala l-Buddha Suprem ta' żminijietna. Id-dati eżatti tat-twelid u tal-mewt tiegħu mhumiex magħrufa; ħafna storiċi moderni ta' tmiem is-sekli XIX u l-ewwel nofs tas-seklu XX jsostnu li Buddha għex bejn il-563 Q.K. sal-483 Q.K. Riċentement imma, il-maġġor parti tal-istudjużi jaqblu li Buddha miet f'xi żmien bejn l-410 u l-400, allavolja ħafna studjużi jippreferu jżommu d-dati l-antiki tal-mewt tiegħu.[2][3]
Gautama, magħruf ukoll bħala Shakyamuni (“għaref tax-Shakya”), huwa l-ikbar figura fil-Buddiżmu u wara mewtu, id-dettalji tal-ħajja, id-diskorsi u r-regoli monastiċi tiegħu ġew memorizzati mis-sangha. Dawn imbagħad ġew mxerrda bit-tradizzjoni mitkellma mit-Tripitaka. Kollezzjoni ta' bosta diskorsi ta' Gautama ġew miktuba madwar 400 sena wara.
Ħajjet Buddha
Peress li huma ftit biss dawk id-dettalji dwar il-ħajja ta' Buddha li jistgħu jiġu verifikati, huwa diffiċli ħafna biex wieħed jassigura l-korrettezza ta' dawn id-dettalji. Is-sorsi prinċipali ta' informazzjoni dwar il-ħajja ta' Siddhārtha Gautama huma t-testi Buddisti.
Konċepiment u twelid
Skont it-tradizzjoni, Siddhārta twieled iktar minn mitejn sena qabel ir-renju tar-re ta' Aśoka tal-Maurya (273-232 Q.K.).
Siddhartha twieled f'Lumbini, in-Nepal tal-lum. Missieru kien ir-Re Suddhodana, il-kap tan-nazzjon Shakya, wieħed mill-ħafna tribujiet antiki fl-istat ta' Kosala; Gautama kien il-kunjom tal-familja. Ommu, ir-Reġina Maha Maya (Māyādevī) u mart Suddhodana, kienet prinċipessa Koliyana. Fil-lejl meta Siddhartha ġie konċeput, ir-Reġina Maya ħolmot li iljunfant abjad b'sitt nejbiet daħal f'ġenbha l-leminija, u wara għaxar xhur lunari, Siddhartha twieled minn ġenbha l-leminija. Bħalma kienet titlob it-tradizzjoni Shakyana, meta r-Reġina Maya nqabdet tqila, kienet biħsiebha tmur lura fir-renju ta' missierha biex twelled hemm. Iżda wara li ħalliet Kapilavastu, hija u sejra, kellha tieqaf biex twelled f'Lumbini, fi ġnien, taħt siġra tas-sal.
Il-ġurnata tat-twelid ta' Buddha hija ċċelebrata fil-pajjiżi tat-Theravada bħala l-Vesak. Ħafna sorsi jsostnu li omm Buddha mietet waqt il-ħlas, oħrajn li mietet ftit ġranet wara u oħrajn li mietet sebat ijiem wara l-ħlas. It-tarbija ġiet imsemmija Siddhartha (Pāli: Siddhatta), li jfisser “dak li jilħaq l-għan tiegħu”. Waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tat-twelid, il-profeta eremita Asita, niżel mill-muntanja fejn kien joqgħod u ħabbar li din it-tarbija kellha xi darba ssir waħda mill-ikbar rejiet (chakravartin) jew inkella bniedem qaddis kbir. Dan seħħ wara li Siddhartha poġġa saqajh f'xagħar Asita u Asita ralu l-marki tat-twelid tiegħu. Suddhodarna għamel ċerimonja fil-ħames ġurnata, u stieden tmien studjużi Brahmin biex jaqrawlu l-futur. Kollha bassru li t-tarbija kellha ssir jew re kbir, jew inkella raġel qaddis. Kaundinya (Pali: Kondanna), l-iżgħar, li iktar 'il quddiem kellu jkun l-ewwel arahant, kien l-uniku wieħed li inekwivokabbilment bassar li Siddhartha kien ser ikun Buddha.
Referenzi
- ^ Gethin, Rupert, M.L. (1998), Foundations of Buddhism, Oxford University Press, pp. 5, 9, 10, 14.
- ^ Strong, J.S. (2001), The Buddha: A Beginner's Guide, Oneworld Publications, ISBN 978-1-78074-054-6, p. 1.
- ^ (2000), Indian Buddhism, Buddhism Series (3rd ed.), Delhi: Motilal Banarsidass, p. 45.