Aqbeż għall-kontentut

Neymar

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Neymar

Neymar fl-2018
Informazzjoni personali
Isem sħiħNeymar da Silva Santos Júnior[1]
Twelid5 ta' Frar 1992 (1992-02-05) (32 sena)[1]
Mogi das Cruzes, São Paulo[1], Brażil
Tul1.75 m[1]
RwolAttakkant
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliParis Saint-Germain
Numru10
Mixtliet
1999–2003Portuguesa Santista
2003–2009Santos
Karriera professjonali
SninKlabb
2009–2013Santos
2013–2017Barcelona
2017–Paris Saint-Germain
Tim nazzjonali
2009Brażil U17
2011Brażil U20
2012Brażil U23
2010–Brażil

Neymar da Silva Santos Júnior (twieled fil-5 ta' Frar 1992), komunement magħruf bħala Neymar, huwa plejer tal-futbol li jilgħab ma' Paris Saint-Germain mat-tim nazzjonali Brażiljan, prinċiparjament bħala attakkant. F'Mejju 2013, hu laħaq ftehim biex jissieħeb ma' FC Barcelona fuq kuntratt ta' ħames snin.[2]

Fl-età ta' 19, Neymar rebaħ l-unur tal-Plejer tas-Sena tal-Amerika t'Isfel fl-2011, wara li ġie t-tielet fl-2010.[3] Huwa segwa dan billi rebaħ l-istess unur mill-ġdid fl-2012. Fl-2011 Neymar irċieva nominazzjonijiet għall-FIFA Ballon d'Or, fejn hu kien ġie l-għaxar post, u l-FIFA Puskás Award, li rebaħ.[4] Huwa magħruf għall-aċċelerazzjoni tiegħu, veloċità, ħiliet u rfinar. Bl-istil ta' logħob tiegħu kiseb lilu nnifsu akklamazzjoni kritika, bil-partitarji, midja u eks plejers iqabbluh mal-attakkant Arġentin Lionel Messi u l-eks plejer Brażiljan Pelé, li sejjaħ lin-Neymar "plejer eċċellenti".[5]

Neymar issieħeb ma Santos fl-2003 u wara li żdied permezz tal-gradi, ġie promoss għall-ewwel skwadra tat-tim. Huwa għamel id-debutt tiegħu għal Santos fl-2009, u kien ivvotat l-aqwa l-iżgħar plejer tal-Campeonato Paulista 2009. B'aktar unuri segwiti, Neymar kien ivvotat l-aħjar plejer tal-Campeonato Paulista 2010, u kien ukoll l-aqwa skorer fil-Copa do Brasil 2010 bi 11-il gowl. Huwa spiċċa l-istaġun 2010 bi 42 gowls f'60 logħba kif ukoll il-klabb tiegħu kiseb id-Doppjetta. Neymar reġa' kien ivvotat l-aħjar plejer tas-sena 2011 kif it-tim tiegħu żam it-titolu tal-istat u Santos ukoll rebħu il-Copa Libertadores 2011 fejn Neymar skorja 6 gowls fi 13-il apparenza. Hu wkoll kellhu rwol ewlieni fl-iżgurar tad-Doppjetta Kontinentali għat-tim tiegħu.Huwa rċieva l-Ballun tal-Bronż fit-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2011, fejn Santos għamluha għall-finali u kienu megħluba minn Barcelona, 4–0.[6][7]

Neymar huwa Brażiljan internazzjonali, huwa lagħab f'erba' timijiet differenti tal-Brażil, U17, U20, U23 u mat-tim tal-kbar. Fl-10 ta' Awwissu 2010, fl-età ta' 18, huwa għamel id-debutt tiegħu għas-Seleção f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Istati Uniti; huwa skorja b'daqqa ta' ras fit-28 minuta, li kkontribwixxa għar-rebħa ta' 2–0 għall-Brażil. Hu kien l-aqwa skorer tal-Kampjonat Sud Amerikan taż-żagħżagħ 2011 b'disa gowls, inklużi tnejn fil-finali, f'rebħa ta' 6–0 kontra l-Urugwaj, hu għen lil Brażil biex jirbħu l-11-il titolu tagħhom f'din il-kompetizzjoni.

Neymar da Silva Santos, Júnior twieled ġewwa Mogi das Cruzes, São Paulo, minn Neymar da Silva, Sr. u Nadine Santos. Huwa wiret ismu minn missieru, li huwa futboler preċedenti u sar konsulent tat-talenti bħal ibnu Neymar li beda jikber.[8] Il-kummenti ta' Neymar fuq l-irwol ta' missieru "Missieri kien maġenbi minn meta kont żgħir. Hu kien jati kas tal-affarijiet, il-finanzi tiegħi u l-familja tiegħi." Meta kiber, Neymar ikkombina l-imħabba tiegħu mal-futsal u l-futbol tat-triq.[9]

Fl-1992, Neymar mexxa mal-familja tiegħu lejn São Vicente, fejn hu beda jilgħab mal-klabb taż-żgħażagħ Portuguesa Santista.[10] Imbgħad, fl-2003, hu mar fil-muniċipalità São Paulo, Santos, hemm hekk Neymar issieħeb ma' Santos FC.[11] Bis-suċċess tal-karriera żgħażugħa tiegħu u żieda fid-dħul, il-familja xtrat l-ewwel proprjetà tagħha, dar ħdejn il-Vila Belmiro. Il-kwalità tal-ħajja tal-familja tjiebet, fl-età ta' 15, Neymar kien jaqla 10,000 reais kull xahar u ta' 16-il sena, 25,000 reais kull xahar. Meta kellu 17, huwa ffirma kuntratt biex isir plejer professjonali, hu kien tjieb ħafna u kiseb post fl-ewwel tim ta' Santos u kif ukoll irċieva sponsorizzazzjonijiet.[12]

Mid-19 ta' Mejju 2013[13][14]

Klabb Staġun Kampjonat Kampjonat tal-Istat Tazza Kontinentali Interkontinentali Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Brażil Brasileirão Paulista Copa do Brasil Copa Libertadores1 Tazza tad-Dinja tal-Klabbs Total
Santos 2009 33 10 12 3 3 1 48 14
2010 31 17 19 14 8 11 2 0 60 42
2011 21 13 11 4 13 6 2 1 47 24
2012 17 14 16 20 14 9 47 43
2013 1 0 18 12 4 1 23 13
Total 103 54 76 53 15 13 29 15 2 1 225 136

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Mid-19 ta' Ġunju 2013.

Tim nazzjonali Klabb Staġun Preż Gowls
Brażil Santos 2010 2 1
2011 13 7
2012 11 9
2013 11 7
Total 37 24

Gowls internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]
Neymar's International Goals
# Data Post Avversarju Punteġġ Riżultat Kompetizzjoni
2010
1. 10 ta' Awwissu 2010 New Jersey, Stati Uniti  Stati Uniti 1–0 2–0 Logħba ta' ħbiberija
2011
2. 27 ta' Marzu 2011 Londra, Ingilterra  Skozja 1–0 2–0 Logħba ta' ħbiberija
3. 2–0
4. 13 ta' Lulju 2011 Córdoba, Arġentina  Ekwador 2–1 4–2 Copa América 2011
5. 4–2
6. 10 ta' Awwissu 2011 Stuttgart, Ġermanja  Ġermanja 2–3 2–3 Logħba ta' ħbiberija
7. 28 ta' Settembru 2011 Belém, Brazil  Arġentina 2–0 2–0 2011 Superclásico de las Américas
8. 8 ta' Ottubru 2011 San José, Kosta Rika  Kosta Rika 1–0 1–0 Logħba ta' ħbiberija
2012
9. 30 ta' Mejju 2012 Landover, Stati Uniti  Stati Uniti 1–0 4–1 Logħba ta' ħbiberija
10. 10 ta' Settembru 2012 Recife, Brażil  Ċina 2–0 8–0 Logħba ta' ħbiberija
11. 5–0
12. 6–0
13. 19 ta' Settembru 2012 Goiânia, Brażil  Arġentina 2–1 2–1 Superclásico de las Américas 2012
14 11 ta' Ottubru 2012 Malmö, Żvezja  Iraq 5–0 6–0 Logħba ta' ħbiberija
15. 16 ta' Ottubru 2012 Wrocław, Polonja  Ġappun 2–0 4–0 Logħba ta' ħbiberija
16. 3–0
17. 15 ta' Novembru 2012 New Jersey, Stati Uniti  Kolombja 1–1 1–1 Logħba ta' ħbiberija
2013
18. 6 ta' April 2013 Santa Cruz, Bolivja  Bolivja 2–0 4–0 Logħba ta' ħbiberija
19. 3–0
20. 24 ta' April 2013 Belo Horizonte, Brażil  Ċili 2–1 2–2 Logħba ta' ħbiberija
21. 15 ta' Ġunju 2013 Brasília, Brażil  Ġappun 1–0 3–0 Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2013
22. 19 ta' Ġunju 2013 Fortaleza, Brażil  Messiku 1–0 2–0 Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2013
23. 22 ta' Ġunju 2013 Salvador, Brażil  Italja 2–1 4–2 Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2013
24. 30 ta' Ġunju 2013 Rio de Janeiro, Brażil  Spanja 2–0 3–0 Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2013
25. 7 ta' Settembru 2013 Brasília, Brażil  Awstralja 3–0 6–0 Logħba ta' ħbiberija
  1. ^ a b ċ d "FIFA World Cup Russia 2018: List of Players: Brazil" (PDF) (bl-Ingliż). FIFA. 2018-07-15. p. 4. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2019-06-11.
  2. ^ "Neymar signs 5-year agreement with Barcelona" (bl-Ingliż). Associated Press. 2013-05-27.
  3. ^ "Santos' Neymar named South American Player of the Year" (bl-Ingliż). Goal.com. 2011-12-31. Miġbur 2011-12-31.
  4. ^ FIFA (ed.). "Neymar beat Rooney".
  5. ^ "Neymar should reject Premier League and stay at Santos, says Pelé" (bl-Ingliż). The Times. 2011-08-03. Miġbur 2011-08-03.
  6. ^ "Magic Messi helps Barca conquer the world" (bl-Ingliż). ESPN Soccernet. 2011-12-18. Miġbur 2011-12-21.
  7. ^ "Barcelona 4 Santos 0" (bl-Ingliż). Daily Telegraph. 2011-12-18. Miġbur 2011-12-21.
  8. ^ "Soccer prodigy Neymar is at home in Brazil" (bl-Ingliż). The Age. Miġbur 2012-07-10.
  9. ^ "Neymar da Silva Santos Júnior – The World's Hottest Property?" (bl-Ingliż). Back Page Football.
  10. ^ "Performance by the under-12 Briosa almost did Neymar hit with São Paulo" (bil-Portugiż). 2013-01-07.
  11. ^ "The Trajectory of a Soccer Star – Neymar" (bl-Ingliż). 2013-01-07. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-06-13. Miġbur 2013-06-22.
  12. ^ "Neymar: without Pep Guardiola on the Barce bench" (bl-Ispanjol). Merca Foot. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-06-11. Miġbur 2013-06-22.
  13. ^ "Neymar transfermarkt Stats" (bl-Ingliż). transfermarkt. Miġbur 2012-05-23.
  14. ^ ESPN (ed.). "Neymar ESPN Stats" (bl-Ingliż). Miġbur 2013-05-25.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]