Aqbeż għall-kontentut

Martin Heidegger

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Martin Heidegger
Ħajja
Twelid Messkirch (en) Translate, 26 Settembru 1889
Nazzjonalità Repubblika ta' Weimar
Ġermanja Nazista
Ġermanja tal-Punent
Mewt Freiburg im Breisgau, 26 Mejju 1976
Post tad-dfin Messkirch (en) Translate
Kawża tal-mewt  (infectious disease (en) Translate)
Familja
Konjuga/i Elfride Heidegger (en) Translate
Ulied
Aħwa
uri
Edukazzjoni
Alma mater Università ta’ Freiburg : teoloġija, il-filosofija
Università ta’ Freiburg 1916) PhD fil-filosofija : il-filosofija
Livell tal-edukazzjoni dottorat
Direttur tat-teżi Heinrich Rickert (mul) Translate
Studenti dottorali Hans Jonas (mul) Translate
Herbert Marcuse (mul) Translate
Victor Farías (en) Translate
Jacob Klein (en) Translate
Walter Bröcker (en) Translate
Hans-Georg Gadamer (mul) Translate
Fernando Huidobro (en) Translate
Lingwi Ġermaniż
Għalliema Edmund Husserl (en) Translate
Heinrich Rickert (mul) Translate
Carl Braig (mul) Translate
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni filosofu
poeta
għalliem fl-università
disinjatur tal-għamara
Post tax-xogħol Marburg
Freiburg im Breisgau
Impjegaturi Università ta’ Freiburg  (1915 -  1923)
Università ta' Marburg  (1923 -  1928)
Università ta’ Freiburg  (1928 -  1958)
Xogħlijiet importanti Being and Time (en) Translate
Letter on Humanism (en) Translate
Introduction to Metaphysics (en) Translate
Black Notebooks (en) Translate
Nominat għal
uri
  • [[Premju Nobel għal-Letteratura]]
    (1959)
    [[Premju Nobel għal-Letteratura]]
    (1960)
Influwenzat minn Edmund Husserl (en) Translate
Friedrich Nietzsche
Søren Kierkegaard
Heraclitus (en) Translate
Anaximander (en) Translate
Parmenides (en) Translate
Aristotile
Platun
Tumas t'Akwinu
Duns Scotus (en) Translate
Immanuel Kant
Franz Brentano (mul) Translate
Wilhelm Dilthey (mul) Translate
Sħubija Akkademja għax-Xjenzi u l-Arti ta’ Heidelberg
Akkademja Bavarjana tal-Belle Arti
Moviment Conservative Revolution (en) Translate
Servizz militari
Iġġieldu L-Ewwel Gwerra Dinjija

Martin Heidegger (twieled fis-26 ta' Settembru 1889 – miet fis-26 ta' Mejju 1976) kien filosfu influwenti Ġermaniż. L-iktar xogħol magħruf tiegħu, Essri u Żmien, hu ġeneralment meqjus fost l-iktar xogħlijiet filosofiċi importanti tas-seklu 20. Heidegger jibqa' karattru kontroversjali minħabba l-involviment tiegħu man-Naziżmu.

Ħajja u filosofija

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Mesmerhaus f'Meßkirch, fejn trabba Heidegger
Il-lapida ta' Martin Heidegger f'Meßkirch

Heidegger sostna li l-filosofija tal-Punent, sa minn żmien Platun, ma fehmitx l-essri, u kellha tendenza li tindirizza l-mistoqsija tal-essri f'termini singolari, jiġifieri xi jfisser li xi ħaġa tkun, flok xi jfisser l-essri nnifsu.

Heidegger kien jemmen li l-istudji kollha li saru fuq l-essri ffukaw fuq entitajiet partikulari u l-karattri tagħhom, jew minflok ittrattaw l-essri nnifsu bħala entità, jew sustanza b'karattru. Heidegger għalhekk issuġġerixxa li l-metodu filosofiku għandu jiġġedded, permezz ta' proċess li jeżamina l-istorja tal-filosofija nfisha.

Heidegger sostna li dan in-nuqqas ta' fehma, sa minn żmien Platun, ħalla l-marka tiegħu fuq kull stadju tal-filosofija tal-Punent. Dak kollu li nifhmu, mill-mod kif nitkellmu sal-idea tas-"sens komun", hu sensibbli għal żbalji minħabba żbalji fundamentali dwar in-natura tal-essri. Dawn l-iżbalji joħorġu fit-termini li ntużaw fl-istorja tal-filosofija — ir-realtà, il-loġika, Alla, l-għarfien, il-preżenza, eċċ. Lejn l-aħħar tal-filosofija tiegħu, Heidegger argumenta li dan jaffettwa b'mod profond il-mod kif il-bniedem jidentifika ruħu mat-teknoloġija moderna.

Ix-xogħol ta' Heidegger kien influwenti ħafna fuq il-filosofija, it-teoloġija, u l-umanitajiet. Fil-filosofija, ix-xogħol ta' Heidegger kien kruċjali fl-iżvilupp tal-eżistenzjaliżmu, l-ermenewtika, id-dekostruzzjoni, il-postmoderniżmu, u l-filosofija kontinentali. Filosfi importanti bħal Karl Jaspers, Leo Strauss, Ahmad Fardid, Hans-Georg Gadamer, Jean-Paul Sartre, Emmanuel Lévinas, Hannah Arendt, Maurice Merleau-Ponty, Michel Foucault, Richard Rorty, u Jacques Derrida kollha analizzaw ix-xogħlijiet ta' Heidegger.

Heidegger jibqa' jissemma wkoll għall-appoġġ li wera għan-Naziżmu, u kien membru tal-Partit Nazzjonali Soċjalista Ġermaniż (NSDAP) mill-1933 sa Mejju tal-1945.[1] Dawk li jappoġġjawh, b'mod speċjali Hannah Arendt, iħarsu lejn dan is-sostenn bħala żball personali, irrilevanti għall-filosofija tiegħu. Kritiċi bħall-eks studenti tiegħu Emmanuel Lévinas[2] u Karl Löwith[3] sostnew li l-appoġġ ta' Heidegger għan-Naziżmu kien immorali u jixhed żbalji fundamentali fil-ħsieb tiegħu.

  1. ^ Sors: Hannah Arendt / Martin Heidegger by Elzbieta Ettinger, Yale University Press, New Haven, 1995, page 10
  2. ^ "Martin Heidegger, Emmanuel Levinas\, and the Politics of Dwelling" minn David J. Gauthier, Teżi tal-Ph.D., Louisiana State University, 2004, paġna 156
  3. ^ Karl Löwith, Mein Leben in Deutschland vor und nach 1933: ein Bericht (Stuttgart: Metzler, 1986), pġ. 57, tradotta minn Paula Wissing kif iċċitaha Maurice Blanchot f'"Thinking the Apocalypse: a Letter from Maurice Blanchot to Catherine David," fi Critical Inquiry 15:2, pġ. 476-477.