Michel Foucault
Dan l-artiklu dwar il-filosofija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Michel Foucault (twieled fil-15 ta' Ottubru 1926 – miet fil-25 ta' Ġunju 1984) kien filosfu Franċiż li kien jokkupa siġġu fil-Collège de France, li huwa stess intitola "L-Istorja tas-Sistemi tal-Ħsieb". Il-kitbiet tiegħu kellhom impatt enormi fuq xogħlijiet oħra: l-influwenza ta' Foucault kienet testendi mill-umanitajiet u x-xjenzi soċjali, sa oqsma ta' studju applikat u professjonali.
Foucault huwa magħruf l-aktar għall-kritiċi tiegħu ta' bosta istituzzjonijiet soċjali, l-iktar il-psikjatrija, mediċina, u s-sistema tal-ħabs, kif ukoll għat-teoriji tiegħu dwar l-istorja tas-sesswalità. It-teoriji ġenerali tiegħu li jirrigwardaw il-poter u r-relazzjoni bejn il-poter u l-għerf, kif ukoll l-ideat tieghu riward id-"diskors" b'relazzjoni ma' l-istorja tal-ħsieb tal-Punent, ġew diskussi u applikati estensivament. Foucault kien ukoll kritiku ta' l-identitajiet implikati mis-soċjetà, mill-identità ta' raġel/mara u l-omosesswalità sa dik kriminali u ta' attivisti politiċi. It-teoriji ta' Foucault dwar l-identità huma spjegati bl-osservazjoni tiegħu illi l-identità omosesswali uriet progress matul is-snin minn att implikat sa identità implikata.